Fid-Dar Ċentrali ttellgħet it-tieni edizzjoni ta’ Dal-Milied Ejjew sad-Dar, organizzata minn mart il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, AnneMarie Grech.
F’din l-attività ta’ suċċess… li għaliha attendew mijiet ta’ persuni, inkluż il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech…. AnneMarie Grech stiednet diversi mistiedna, li qasmu esperjenzi differenti li missew il-qlub.
F’atmosfera tal-Milied, din l-attività offriet siltiet mużikali u rakkonti tal-Milied għall-familja kollha.
Kull personalità qasmet ma’ AnneMarie Grech l-esperjenza u x-xogħol tagħha f’dawn l-aħħar snin, b’uħud nafuhom bħala persuni li ħadmu minn wara l-kwinti; u oħrajn li wiċċhom żgur mhux ġdid għat-talent tagħhom fuq it-televiżjoni jew il-palk.
Ngħaqdu għal din l-attività l-mistiedna Ramires Sciberras, li rrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest, kif ukoll l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, l-aħwa Fabian u Keith Demicoli flimkien ma’ ommhom Carmen u Tino, Indri Attard u Katie, Gianluca Bezzina akkumpanjat minn martu Vanessa.
Attendew ukoll Hermann Bonaci, il-Hooligan u Charles Saliba, John Demanuele u Louise Tedesco, kif ukoll l-Ekklesia Sisters.
Preżenti kien hemm fost l-oħrajn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, kif ukoll diversi uffiċjali, deputati u kandidati tal-PN.
L-attività kellha l-preżentazzjoni ta’ Peppi Azzopardi.
//= $special ?>