Lokali

Ħidma ma taqta’ xejn minn MaltaPost sabiex l-ittri tat-tfal lil Santa Klaws jaslu sal-Finlandja

Dan iż-żmien tas-sena huwa fost l-iktar wieħed li jikkonsisti f’xogħol fil-bażi tal-MaltaPost hekk kif mhux biss jirċievu ammont kbir ta’ ittri u pakketti iżda saħansitra jirċievu l-eluf ta’ ittri mit-tfal Maltin għal Santa Klaws.

Fil-fatt, wieħed għadu fiċ-ċans li mhux biss jibgħat ittra lil Santa Klaws iżda saħansitra jirċievi ittra lura mingħandu. Madanakollu, wieħed irid jassigura li biex din isseħħ, importanti li fuq wara tal-envelope jikteb l-indirizz tad-dar tiegħu.

Iċ-Chief Operating Officer tal-MaltaPost, Adrian Vassallo kompla jispjegalna kif parti mill-bażi f’Ħal Qormi tinbidel f’kamra ddedikata għal dawn l-ittri uniċi li jiktbu t-tfal.

Bix-xewqat tat-tfal ma jikkonsistux biss mir-rigali u ġugarelli iżda anke xewqat li jaħsbu f’ħaddieħor, fost il-ġenituri, il-ħbieb u anke persuni li lanqas biss ikunu jafu, bħal pereżempju dawk li huma fil-faqar.

Intant, ir-Royal Mail tar-Renju Unit irrapurtat li skont l-ittri li rċiviet din is-sena, l-iktar li t-tfal talbu kienu xi set ta’ Lego – xi ħaġa li ilha ma ssir seba’ snin. B’ġugarelli oħra li talbu għalihom lil Santa Klaws kienu pupi ta’ Barbie, roti u muturi tal-ġugarelli, soft toys, headphones u playstation 5, hot wheels u anke make up.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo