Daħlu fit-tielet ġimgħa tagħhom id-dimostrazzjonijiet li qed isiru fil-Ġorġja. Dan hekk kif il-pajjiż għadu għaddej minn instabbiltà politika kbira wara li ġie friżat il-proċess ta’ sħubija fl-UE.
Issa, kollox qed jindika li għada se jiġi appuntat President ġdid illi huwa leali għall-Partit tal-Ħolma Ġoġjana – l-istess partit illi imblokka l-proċess ta’ sħubija.
Il-ħatra ta’ Mikheil Kavelashvili hija fiha innifisha kontroversjali għall-fatt li dan se jieħu post il-President attwali li ma jrid iwarrab b’xejn. U lanqas id-dimostranti infushom ma jridu lill-President il-ġdid.
Kavelashvili huwa eks futboler, li għamel xi żmien anke jilgħab ma’ Manchester City fis-snin disgħin.
Il-President magħżul kien ukoll parti mit-tim nazzjonali tal-Ġorġja, u anke lagħab f’pajjiżna fl-1998.
//= $special ?>