Futbol Sport

Thomas Tuchel jindika li Harry Kane se jibqa’ captain tat-tim Ingliż

Il-kowċ il-ġdid tat-tim Ingliż Thomas Tuchel indika li Harry Kane se jibqa’ captain tat-tim Ingliż kif ukoll se jibqa’ parti mill-pjanijiet tiegħu. Hu kien qed jitkellem wara li l-ġimgħa ttellgħu l-poloz tat-Tazza tad-Dinja tal-2026 fejn dan se jkun l-ewwel test għal Tuchel.

Hu se jkun qed jibda b’mod uffiċjali l-ħidma tiegħu minn Jannar li ġej fejn qal li se jkun qed isegwi numru ta’ partiti mill-Premier League.