Lokali

Bernard Grech bi żjara f’Dar L-Arka f’Għawdex

Il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista favur persuni b’diżabbiltà ma jaqta’ xejn.

Bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jagħmel żjara f’Dar l-Arka f’Għajnsielem, fejn iltaqa’ ma’ għaqdiet, edukaturi, ġenituri u NGOs li jaħdmu ma’ persuni b’diżabilità f’Għawdex.

Matul iż-żjara, Bernard Grech sema’ l-ilmenti ta’ dawn preżenti dwar in-nuqqas ta’ attenzjoni mill-Gvern attwali għal persuni b’diżabilità, b’mod speċjali fir-rigward tal-inklużjoni u l-appoġġ għall-ġenituri.

Fejn assigura li Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun impenjat biex jindirizza dawn in-nuqqasijiet u joħloq futur aktar inklussiv għal persuni b’diżabilità f’Malta u Għawdex.

F’kumment ma’ NET News, Bernard Grech qal li matul iż-żjara tiegħu sema’ mill-qrib l-isfidi kbar li qed jaffaċċjaw il-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom, b’mod speċjali dawk li qed ifittxu servizzi essenzjali.

Fejn rrimarka kif fis-snin li għaddew, is-sistema marret lura ħafna u għad hemm ħafna xi jsir biex jiġu indirizzati dawn id-diffikultajiet.

Dar Arka tipprovdi servizzi essenzjali għal tfal u żgħażagħ b’diżabilità, kif ukoll għajnuna speċjalizzata għal tfal Għawdxin b’awtiżmu, li qabel kienu jkollhom jivvjaġġaw lejn Malta għal dawn is-servizzi.

F’din il-faċilità wieħed jista’ jgawdi minn numru ta’ servizzi fosthom pixxina, jacuzzi, u kamra sensorja – faċilitajiet li jgħinu fit-terapija u l-iżvilupp ta’ tfal u żgħażagħ b’diżabilità.

Il-ħidma tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fost l-Għawdxin se tkun qed tilħaq il-qofol tagħha bi djalogu fil-pjazza tax-Xagħra ħdejn il-Mitħna ta’ Kola il-Ħadd 15 ta’ Diċembru.

Għal din iż-żjara l-Kap tal-PN kien akkumpanjat minn Anne Marie Grech flimkien mas-Shadow Ministers Alex Borg u Graziella Galea.