“Is-saħħa mentali u l-benesseri tat-tfal huma importanti ħafna fis-soċjetà, u għalhekk għandna nkomplu naħdmu sabiex nieħdu ħsieb lill-uliedna”.
Kien dan is-sentiment espress minn AnnMarie Grech f’intervista fuq RTK 103 is-Sibt filgħodu, fejn iddiskutiet diversi temi; fosthom it-tfal u r-rwol tal-mara fis-soċjetà.
B’AnneMarie Grech tispjega kemm hu importanti r-rwol tal-mara fis-soċjetà tagħna – għaliex dan mhux sempliċi dell fis-soċjetà iżda huwa parti integrali.
F’din l-intervista, hija spjegat kif ir-realtà hi l-ħajja ta’ familja li tidħoll fil-politika tinbidel ta’ taħt fuq – iżda minkejja dan, huwa importanti jinżamm il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja personali.
Hija saħqet ukoll fuq il-prijorità li ngħinu lil uliedna fil-qasam edukattiv hekk kif il-ħajja tal-lum inbidlet u għalhekk l-isfidi tagħhom inbiddlu wkoll.
U kien proprju hawn li saħqet li r-realtà tal-istudenti, anke dawk ċkejknin mhix waħda faċli hekk kif jeżistu studenti li diġà juru sintomi ta’ ansjetà fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.
Preżenti għal din l-intervista kien hemm ukoll Lydia Abela, li flimkien ma’ AnneMarie Grech iddiskutew l-importanza tar-rwol tal-mara fis-soċjetà tagħna.
//= $special ?>