Lokali

Imut l-Ingliż li kien ħabat fi skip tlett ijiem ilu f’San Pawl il-Baħar

Tilef ħajtu l-Ingliż ta’ 54 sena li tlett ijiem ilu kien tilef il-kontroll u ħabat fi skip li kien wieqaf f’Dawret San Pawl. Ir-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda.

Dan l-inċident kien qajjem kontroversja minħabba l-fatt li x-xogħol fiz-zona kien qiegħed isir bla permess. Dan iddikjarawh kemm Infrastructure Malta kif ukoll Transport Malta.

Infrastructure Malta kienet qalet li ma ġietx notifikata li kienu se jsiru dawn ix-xogħlijiet, u li għaldaqstant għalihom ma ntalabx permess.

Bl-istess mod, lanqas Transport Malta ma kienet infurmata bix-xogħlijiet u l-kuntrattur ma kellux permess validu biex jagħmel ix-xogħlijiet fis-sit fejn seħħ l-inċident.

Il-Maġistrat Ian Farrugia qed imexxi inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.