Marzia Calleja Maatouk, it-tfajla li kienet instabet mejta fil-Libja f’Mejju li għadda, ingħatat l-aħħar tislima ilbieraħ fil-knisja ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Il-katavru ta’ Marzia Calleja Maatouk kien inġieb Malta 6 xhur wara li nstabet mejta. U għalkemm il-funeral kien ippjanat li jsir xi jiem ilu ġie mħassar minħabba li dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali.
Din it-tfajla u żewġha Jomic Calleja Maatouk, li għadu miżmum fil-Libja, kienu qed jiġu mfittxija mill-awtoritajiet Maltin b’rabta ma’ żewġ sentenzi tal-Qorti.
Il-koppja kienet fuq il-lista tal-iktar persuni mfittxija fl-Ewropa sakemm f’Mejju Jomic kien arrestat mill-Pulizija Libjana waqt li Marzia nstabet mejta ‘l barra mill-kapitali Tripli.
//= $special ?>