Numru ta’ diplomatiċi minn madwar id-Dinja poġġew mal-mejda tad-diskussjoni sabiex tiġi diskussa s-sitwazzjoni kritika fis-Sirja wara l-waqa’ tar-reġim ta’ Bashas al-Assad.
Matul il-ġurnata tas-Sibt huma numru ta’ diplomatiċi minn diversi pajjiżi, fosthom it-Turkija, l-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti, u nazzjonijiet Għarab, li ltaqgħu fil-Ġordan għal Summit li se tkun qed titratta s-sitwazzjoni delikata li tinsab fiha s-Sirja.
Dan is-summit qed isir hekk kif is-Sirja qed tiċċelebra bidla storika wara l-kollass tar-reġim ta’ Bashar al-Assad, wara snin twal ta’ gwerra ċivili li ħalliet ħerba u tbatija fil-pajjiż.
Fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, it-toroq tas-Sirja kienu mimlijin bin-nies li ħarġu jiċċelebraw f’dak li qed jissejjaħ “Jum il-Vittorja.”
Fi bliet bħal Homs u Latakia, eluf ta’ nies ingħaqdu f’rallys u spettakli tan-nar biex jimmarkaw it-tmiem ta’ dan ir-reġim oppressiv, filwaqt li l-awtoritajiet qed iwissu li l-pajjiż għadu jiffaċċja sfidi kbar fil-futur qrib.
Sadanittant, ġie rrappurtat li l-Israel fetaħ l-attakk fuq territorju Sirjan, bil-għan li l-armamenti ma jispiċċawx f’idejn l-estremisti.