Fl-Emirates Stadium draw deludenti ta’ 0-0 bejn Arsenal u Everton ifisser li Arsenal komplew iwaqqgħu il-punti fit-taqtiegħa għar-rebħ tal-Premier League. Prestazzjoni reżiljenti minn Everton li rnexxielhom jinnewtralizzaw lill-plejers ta’ Arsenal fosthom Bukayo Saka u Martin Odegaard li tnejn li huma ma kellhom l-aħjar prestazzjoni tagħhom. Arsenal għal ġimgħar oħra reġgħu iddiżappuntaw u ftit li xejn kienu perikolużi lejn il-lasti difiża minn Jordan Pickford.
F’Anfield Liverpool salvaw draw drammatiku ta’ 2-2 kontra Fulham f’partita drammatika. Kienu Fulham li ħadu vantaġġ kmieni fil-partita meta Antonea Robinson għadda lejn Andreas Pereira għal 1-0. Fis-17-il minuta Liverpool spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers meta tkeċċa id-difensur Andy Robertson. Minkejja li bi plejer anqas, huma kisbu d-draw fl-47 minuta meta minn cross ta’ Mohammed Salah kien Cody Gakpo li daħal tajjeb bir-ras u xeħet wara Leno għal 1-1. Fis-76 mintua Fulham mill-ġdid fil-vantaġġ meta din id-darba kien Rodrigo Muniz li għeleb lil Alisson Becker. Biex fis-86 minuta Liverpool kisbu d-draw għat-tieni darba meta kien is-sostitut Diogo Jota li dar tajjeb u b’xutt fil-baxx xeħet fix-xibka, fir-ritorn tiegħu wara injury, għal skor finali ta’ 2-2.
Newcastle irritornaw għall-forma meta għelbu lil Leicester 4-0, biex taw l-ewwel telfa lil Ruud van Nistelrooy fit-tmexxija ta’ Leicester. Newcastle fil-vantaġġ wara 30 minuta minn Jacob Murphy bi Bruno Guimaraes jirdoppja mal-ftuħ tat-tieni taqsima. Tliet minuti wara Alexander Isak għamilhom 3-0, b’Jacoib Murphy jagħmilhom 4-0 fis-60 minuta, għal doppjetta personali.
//= $special ?>