Lokali

Żagħżugħ ta’ 29 sena iweġġa’ serjament wara li nqabad bejn żewġ vetturi

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku f’Dawret il-Gudja, il-Gudja.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Skoda Fabia misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti l-Gudja u Ford Fiesta, li f’dak il-ħin kienet wiefqa fil-ġenb tat-triq b’puncture.

Fil-ħin tal-impatt, raġel ta’ 29 sena residenti Birżebbuġa weġġa’ wara li nqabad bejn iż-żewġ vetturi.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie
ċċertifikat li weġġa’ serjament.


Il-Maġistrat Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.


Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.