Tfajla ta’ 17-il sena, residenti Ħal Qormi, ilbieraħ, għal xi l-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar, ittieħdet l-Isptar Mater Dei minħabba li weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li t-tfajla ntlaqtet minn Jeep Grand Cherokee misjuq minn raġel
ta’ 52 sena li joqgħod iż-Żejtun. Konsegwentement, il-Jeep laqat ukoll Honda Civic li kienet
ipparkjata.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet
iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt. Il-Maġistrat Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>