Celtic għelbu lir-Rangers wara l-għoti tal-penalties bl-iskor ta’ 5-4, bl-iskor wara 120 minuta logħob ikun 3-3.
Celtic irnexxielhom saħansitra jwettqu rimonta kontra r-rivali eterni, hekk kif Nadim Bajrami fetaħ l-iskro għar-Rangers wara 41 minuta logħob.
The Bhoys ħarġu jattakkaw għal kollox fit-tieni taqsima biex fis-56 minuta Greg Taylor xeħet ġewwa mill-assist ta’ Scales, b’ Daizen Maeda jagħmilhom 2-1 erba’ minuti wara.
Mohammed Diomande ta’ Rangers irnexxielu jillevela l-iskor fil-75 minuta, b’ Celtic jiskorjaw dak li ħasbu se jkun il-gowl tar-rebħa fis-87 minuta permezz ta’ Nicolas Kuhn, madankollu minuta wara Rangers jirriposndu permezz ta’ Danilo sabiex il-partita tmur għal ħin barrani.
Fil-ħin barrani ma kien hemm l-ebda gowl, u l-partita marret għall-penalties.
Għal Celtic skorjaw Adam Idah, Callum McGregor, Arne Engles, Reo Hatate u Daizen Maeds.
Filwaqt li għal Rangers skorjaw James Tavernier, Ianis Hagi, Danilo u l-goalkeeper Jack Butland, filwaqt li Ridvan Yilmaz falla l-penalty tiegħu.
//= $special ?>