“Aħna mhux biss għandna l-enerġija għal Għawdex imma għandna r-rieda għal dinjità lill-Għawdxin.”
Kien dan li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt djalogu li sar dalgħodu fis-Sub-Headquarters, f’Ta’ Sannat.
Bernard Grech kompla jgħid li l-Partit Nazzjonalista għandu ħafna xi jwettaq għall-ġid tal-Maltin u anke tal-Għawdxin. Huwa qal li Għawdex qatt ma kien bħal estenzjoni ta’ Malta iżda dejjem kien l-ewwel fil-ħsieb għal ħidma favur kull ċittadin.
Huwa rrikonoxxa li l-gżira għandha opportunitajiet uniċi, b’valur fih innifsu. U b’hekk din il-gżira jista’ jkollha ekonomija vibranti.
B’Bernard Grech jirrikonoxxi kif qatt ma nistgħu nitrattaw lil Għawdex bħalma nitrattaw lil Malta għaliex din il-gżira għandha ħtiġijiet differenti.
“Flimkien mhux biss għandna l-enerġija imma għandna r-rieda,” qal Bernard Grech. “Dan isir billi naraw li Għawdex ma jkunx photocopy ta’ Malta.”
B’differenza għal tal-Labour, Bernard Grech dejjem sema’ u aġixxa b’rabta ma’ kwistjonijiet li jaffetwaw lill-Għawdxin għaliex jifhem li jeħtiġilhom l-aqwa kwalità ta’ ħajja.
“Għandna Gvern li għejja u m’għandux soluzzjonijiet tant li l-viżjoni ta’ pajjiżna saret mill-barranin,” qal Bernard Grech. “Aħna 60 sena ilu sirna Indipendenti, m’għandnix għalfejn niddependu mill-barranin għall-viżjoni ta’ pajjiżna.”
B’rabta mas-sigurtà, huwa fakkar fil-bżonn loġiku li jiżdiedu l-pulizija hekk kif il-popolazzjoni kibret fl-aħħar snin.
“Dan huwa Gvern li jinteressah biss li tikber l-ekonomija iżda li qed issir a skapitu ta’ ħaddieħor.”
Dan apparti sptar li ma sarx anke minkejja li nbidlu erba’ ministri tas-saħħa, il-proposta ta’ qorti ġdida li baqgħet fuq l-ixkaffa, il-vapuri ta’ Għawdex, u għadd ta’ kwistjonijiet oħra.
“L-elezzjoni li ġejja se terġa’ temmnu jew se tgħidlu li inti m’intiex se terġa’ tidħaq bija?”
U kien hawnhekk fejn għamel wiegħda lill-Għawdxin.
“Flimkien Għawdex jista’ jkun ġenna,” qal Bernard Grech. “Nistgħu nġibuh fil-livell li kien qabel. Għandna pjan u politika għan-nies. Għawdex se jkollu rotta ġdida.”
B’Bernard Grech jagħlaq billi jagħti direzzjoni ċara għal Għawdex.
“Ejjew inkomplu naħdmu biex flimkien inwelldu Għawdex ġenna li toffrilek il-kwalità li tixraqlek għax int għalina first class citizen,” temm jgħid Bernard Grech.
//= $special ?>