Id-djalogu tal-Partit Nazzjonalista li kellu jsir dalgħodu fix-Xagħra, Għawdex, kellu jitmexxa fuq ġewwa minħabba li qed ikun imbassar il-maltemp, bir-ragħad, ħalbiet ta’ xita, buffuri ta’ riħ u saħansitra possibbiltà ta’ silġ f’xi waqtiet.
Sabiex ma jitħassrux il-pjanijiet, id-djalogu xorta waħda se jsir iżda tmexxa għas-Sub-Headquarters, f’Ta’ Sannat.
Dan id-djalogu se jkun indirizzat minn għadd ta’ kelliema, inkluż il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li mistenni jagħlaq din l-attività.
//= $special ?>