Lokali

Il-Gvern ħallas MILJUN ewro għall-kunċert ta’ Christina Aguilera fuq il-fosos

_cuva

Il-kunċert bla ħlas li kienet tat il-kantanta Christina Aguilera fuq il-fosos tal-Furjana sewa lil pajjiżna miljun ewro. Dan kien konfermat f’rapport iebes li sar mill-Awditur Ġenerali, illi analizza kif il-EuroPride tas-sena li għaddiet.

Skont ir-rapport tal-NAO, it-team tal-kantanta internazzjonali tħallas €300,000 u €700,000. Apparti minn hekk, inħarġu mas-€77,000 għal żewġ iljieli f’lukanda.

Dawn il-ħlasijiet kienu imħallsa mis-Segretarjat ta’ Rebecca Buttigieg.

Ir-rapport tal-NAO jitfa’ dawl fuq il-mismanagement enormi li ikkaratterizza l-ġimgħa sħiħa tal-EuroPride. Fil-fatt, l-Awditur appella b’saħħa għat-trasparenza fl-użu ta’ fondi pubbliċi.

Din l-analiżi titfa’ dawl fuq il-fatt li n-nefqa għall-EuroPride marret over-budget bi kbir.

Inizjalment, il-Gvern kellu jonfoq €2.5 miljun. Iżda effettivament, in-nefqa splodiet għal kważi id-doppju – €4.6 miljun.

Fl-aħħarnett, l-Awditur insista wkoll li jkun hemm aktar koperazzjoni minn naħa tal-Gvern f’dawn l-investigazzjonijiet li jsiru mill-uffiċċju tiegħu.