Colin Schembri
Valletta Lions……………………84
Luxol Sherries Estates…….72
(21-23)(17-29)(16-10)(30-10)
Valletta Lions kisbu rebħa importanti kontra Luxol Sherries Estates, li sofrew it-tieni telfa konsekuttiva tagħhom f’dan il-kampjonat. Għal darb’oħra Luxol kellhom isofru t-telf ta’ Vukassin Jandric għal protesti u dan qiegħed iħalli impatt negattiv fuq ir-riżultat. Valletta rkupraw lil Eric Terry li tilef l-aħħar żewġ partiti għal raġunijiet familjari. Minkejja bidu b’saħħtu minn Luxol, Valletta reġgħu lura b’reżiljenza u prestazzjoni mill-aqwa speċjalment fl-aħħar sessjoni, li għenithom jiksbu l-vantaġġ deċiżiv. Nikola Vasovic u Piotr Stelmach komplew għaddejin ukoll bil-mument posittiv tagħhom u l-assists ta’ Francesco Mifsud Bonnici komplew ġejjin b’mod regolari. Luxol fetħu tajjeb grazzi għal punti ta’ Darron Howard u Stefan Cappello, li tawhom vantaġġ bikri. Valletta wieġbu permezz ta’ Stelmach u Vasovic flimkien ma’ Terry, iżda Luxol wieġbu permezz ta’ Caleb Jones Mccrary u Nathan Xuereb, u għalqu l-ewwel sessjoni fuq quddiem 23-21.
Fit-tieni perjodu, Luxol bdew b’run ta’ 15-6 immexxija minn Howard u Xuereb, li kienu effettivi fuq il-fast breaks. Valletta ippruvaw jirkupraw b’punti ta’ Stelmach u Terry, iżda run oħra ta’ Luxol lejn it-tmiem tas-sessjoni żiedet il-vantaġġ tagħhom għal 52-38 sal-intervall.
Fit-tielet sessjoni, Valletta bdew juru ġejjin lura b’run ta’ 12-2 grazzi għal Terry, Vasovic u Stelmach, li naqqsu d-distakk għal 6 punti 49-54. Luxol kellhom risposta minn Xuereb u Jandric, iżda Valletta baqgħu viċin grazzi għal punti minn Vasovic u Nicholas Grech, u l-perjodu għalaq fuq skor ta’ 62-54 favur Luxol. Fl-aħħar sessjoni, Valletta biddlu l-andament tal-logħba hekk kif bdew b’run ta’ 9-0 li poġġiethom fuq quddiem 63-62. Luxol ippruvaw iżommu l-pass bi trippla ta’ Howard, iżda Valletta komplew b’run oħra ta’ 10-2 b’Vasovic perfett mill-free-throw line u għalqu l-partita bi trippla ta’ Terry għal skor finali ta’ 84-72.
Valletta Lions: N. Grech 6, F. Mifsud Bonnici 12, P. Stelmach 20, A. Attard, D. Schembri, J. Camilleri, N. Vasovic 25, S. Vincic, E. Terry 21.
Luxol Sherries Estates: D. Howard 13, E. Caruana Montaldo, A. Azzopardi, I. Azzopardi, V. Jandric 16, JP Schembri, N. Xuereb 17, M. Vassallo Pulis, N. Bukva 4, CJ Mccrary 18, M. Matijevic, S. Cappello 4.
Referees: Gordon Barbara, Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi
Tigers…………………….118
Athleta AtoZ………….64
(20-27)(15-20)(20-12)(16-14)
Għal darb’oħra Tigers kienu nvoluti f’partita ta’ skor għoli din id-darba kontra Athleta AtoZ bit-team ta’ Sandro Farrugia jieħdu r-rebħa fuq skor finali ta’ 118-102. Spikkaw żewġ players li skurjaw aktar minn mitt punt bejniethom, Israel Lockamy ta’ Tigers b’51 punt u Kurt James ta’ Athleta b’50 punt. Serge Hamparsoumian u Caleb Matthews ukoll kelhom kontribut b’34 u 27 punt rispettivament u kien hemm ukoll 10 assists għal Luca Borg. L-ewwel sessjoni kienet missielta biż-żewġ timijiet jaqsmu l-vantaġġ diversi drabi. Athleta bdew bi break ta’ 10-5 bil-punti ta’ James u Amoafo. Tigers wieġbu permezz ta’ Locakamy u Hamparsoumian biex marru 13-12 minn fuq. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin ankè b’diversi trippli biex it-taqsima għalqet f’parità ta’ 26-26.Tigers bdew it-tieni taqsima bi break ta’ 9-0 bi trippla ta’ Lockamy. Athleta wieġbu b’punti ta’ Matthews u Gabriel Cassar u minkejja li Hamparsoumian kompla jwieġeb għal Tigers, Athleta għalqu s-sessjoni fuq quddiem 50-46.
Sar-raba’ minuta tat-tielet sessjoni, Tigers baqgħu viċin tal-avversarji 58-60 b’ Locakamy u Hamparsoumian jibqgħu protagonisti fl-attakk tagħhom. Hawn Athleta għamlu break ta’ 11-0 però Tigers ukoll għaqqdu run ta’ 11-2 biex baqgħu viċin. James għamel żewġ baskets wara xulxin għal skor ta’ 77-71. Fl-aħħar sessjoni ż-żewġ timijiet qasmu bejniethom 72 punt. Sa’ nofs is-sessjoni, Athleta kienu 11 minn fuq 98-87 u għaqqdu l-mitt punt bi trippla ta’ Matthews fl-attakk suċċessiv. L-aħħar sforz ta’ Tigers wassalhom sa’ seba’ punti ‘l bogħod 94-10 però punti ta’ James u Matthews ħallew lill-Athleta b’vantaġġ komdu u rebħu l-partita 112-98.
Tigers: S. Hamparsoumian 34, I. Lockamy 51, K. Micaller 7, M. Jalkh 7, D. Constantino 2, S. Saakian 8, D. Militello.
Athleta AtoZ: K. Fabri, B. Zammit 2, A. Garcia, C. Matthews 27, K. James 50, M. Farrugia, 2, M. Spiteri, A. Bozanic 2, L. Borg 2, J. Cefai 8, M. Amoafo 21, G. Cassar 3.
Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Fiorentina Ciurariu
Starlites JSD……………76
Hibernians……………..73
(16-21)(11-21)(22-15)(22-14)(5-2)
Starlites JSD komplew bil-mixja posittiva tagħhom fejn għelbu lil Hibernians 76-73 wara l-ħin barrani. Din kienet l-ewwel telfa għal Hibs dan l-istaġun u ġiet minkejja li sat-tielet minuta tat-tielet sessjoni kienu 20 punt minn fuq 47-27. Dan seta’ wassal għal ċertezza ta’ rebħa mill-players ta’ Narcisio u Starlites approfittaw biex ħadu s-sitt rebħa tal-kampjonat. Wara li Benjamin Curran u Kurt Xuereb għamlu l-ewwel punti għal Starites, Hibernians wieġbu bill-punti ta’ Tederick Wolfe u Ivan Demcesen. Wolfe skorja 8 punti fosthom minn free throws u fast breaks, waqt li Demcesen żied b’punti importanti minn offensive rebounds. Starlites ippruvaw iżommu l-pass b’trippla minn Scerri, iżda run ta’ 15-5 għal Hibernians ħalliethom fuq quddiem 21-16. Fit-tieni sessjoni, Hibernians komplew b’momentum qawwi b’run ta’ 18-7, immexxija minn Derek Brown u Anton Axiaq, li għamlu trippla flimkien ma’ Matthew Gouder u Demcesen. Starlites finalment irrispondew bil-punti ta’ Kolten Mortensen u Miguel Fabri però trippla ta’ Brown għalqet it-taqsima fuq skor ta’ 42-27.
Fit-tielet sessjoni, Hibs bdew b’ħames punti mingħajr risposta biex fetħu vantaġġ massimu ta’ 20 punt 47-27. Hawn Starlites taw ħjiel li se jirkupraw meta għamlu run ta’ 12-0 bdew jirrispondu grazzi għal Scerri, Reddish u Kai Fabri li kellhu trippla li naqqset id-distakk għal disa’ punti 40-49.Għal Hibernians kien hemm risposta minn Gouder li ħallijhom fuq quddiem 57-49. Fl-aħħar sessjoni, Hibs reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 14 -il punt 65-51 wara punti minn Wolfe u Brown. Starlites wieġbu b’run ta’ 12-0 u fis-seba’ minuta trippla ta’ Scerri poġġiethom fuq quddiem 68-67. Wara li minuta u nofs mit-tmiem basket ta’ Demcesen għamel l-iskor 71-71, ma sarux aktar punti u l-logħba marret għall-ħin barrani. Hawn saru biss seba’ punti, 5 minnhom minn Starlites fosthom żewġ baskets inizzjali minn Reddish biex Starlites ħarġu rebbieħa 76-73.
Starlites JSD: B. Curran 10, J. Davis 4, A. Aquilina, K Fabri 7, I. Felice Pace 8, M. Fabri 2, M. Scerri 19, L. Farrugia, K. Xuereb 2, N. Sultana, K. Mortensen 2, T. Reddish 22.
Hibernians: N. Cassar, T. Wolfe 23, D. Brown 16, L. Attard, L. Farrugia, V. Kustodija, A. Axiaq 5, M. Gouder 14, M. Attard 3, M. Mallia, I. Demcesen 10, S. Simic 2.
Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Fiorentina Ciurariu
//= $special ?>