Lokali

Kien hemm min ħallas €2,000 “anke jekk ma’ kellu l-ebda dritt jingħata rmiġġ”

Il-Ħadd li għadda fil-ġurnal Il-Mument ġie żvelat li sajjieda Għawdxin li għandhom il-laneċ tas-sajd u opri oħra tal-baħar tagħhom irmiġġjati fil-Port tal-Imġarr, allegaw ma’ Il-Mument li l-proġett ta’ mill-inqas €6 miljun f’pontoons ġodda fl-Imġarr hu mċappas ma’ tixħim għar-rigward tat-tqassim tal-istess irmiġġi.

Kien stabbilit li l-ewwel preferenzi għandhom jingħataw lis-sajjieda full-time u oħrajn part-time. Ġara iżda li f’Għawdex ġriet il-kelma li jekk trid irmiġġ trid tkellem lill-Ministru Clint Camilleri u bosta kienu dawk li jew kellmu lilu direttament inkella lil mara tiegħu li tmexxi Transport Malta f’Għawdex.

Illum il-gazzetta kompliet ssostni wkoll li l-Ministru Clint Camilleri kien direttament involut fit-tqassim tl-irmiġġi fil-Port tal-Imġarr, anke hekk il-Ministru Anton Refalo suppost hu responsabbli mis-settur tas-Sajd.

Madanakollu l-gazzetta ‘Il-mument’ issa żvelat ukoll li dawk kollha li riedu irmiġġi fil-port intgħalbu l-eluf ta’ ewro f’tixħim sabiex iserrħu rashom li jingħataw irmiġġ. Sorsi li tkellmu mal-gazzetta saħansitra sostnew li kien min intgħalab jgħati mal-€2000 – u malli ħallashom dan ingħata l-irmiġġ, b’sorsi jgħidu li kien hemm ukoll min ingħata mat-tliet irmiġġi.

Intant il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li jipretendi li dawn l-allegati każijiet għandhom jiġu investigati minnufih. Bernard Grech qal li dawn huma affarjiet li qatt m’għandhom isiru f’pajjiż normali u wiegħed li ser jiżgura li issir ġustizzja.

Wara l-aħbar li kienet żvelat il-gazzetta rikors li ġie ppreżentat fil-Qorti ikkonferma l-aħbar li kienet żvelat Il-Mument. Aqra – Jiddaħħal rikors dwar l-irmiġġi fil-port tal-Imġarr li jikkonferma l-aħbar żvelata minn il-mument – NETnews