Manchester United irnexxielhom idawru l-iskor permezz ta’ żewġ gowls verament fl-aħħar sekondi tad-Derby ta’ Manchester biex l-iskor finali jkun 2-1 favur ir-Red Devils. Din tkun l-ewwel rebħa fil-Manchetser Derby għal Ruben Amorim, u minn naħa l-oħra tkompli l-forma diżappuntanti tas-Citizens.
Manchester City dehru li se jirritornaw lura għall-aħjar tagħhom meta ħadu l-vantaġġ fis-36 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Josko Gvardiol minn korner.
Fit-88 minuta l-captain Bruno Fernandes ikkonverta l-penalty li ġie mogħti minħabba foul fuq Amad Diallo fil-kaxxa minn Nunes.
L-istess Amad Diallo xeħet ġewwa għat-2-1 minn pass ta’ Martinez, bil-gowl jagħti t-tlett punti kruċjali lir-Red Devils.
//= $special ?>