Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b’ħidma sabiex jikkontrollaw in-nirien f’razzett mimli annimali f’Wied il-Għajn.
Ir-rapport daħal għall-ħabta tal-10:30am. Ir-razzett jinsab fl-akwati ta’ Wied Qirda.
Jidher li l-ebda persuna ma kienet fuq ġewwa fil-ħin li beda jinfirex in-nar, għalkemm fir-razzett hemm numru ta’ annimali.
U f’każ separat f’Ħal Qormi, il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu ftit qabel, għal ħabta tal-10:15 fi Triq il-Ħammieri hekk kif vettura ħadet in-nar waqt li bdiet tinstaq.
Mhux magħruf x’wassal għal dan il-ħruq għalkemm kelliem għall-Pulizija kkonferma magħna li l-ebda persuna ma kienet fil-vettura fil-każ tal-inċident.
//= $special ?>