Kenneth Vella
Fi tmiem il-ġimgħa fil-korsa tal-Marsa saru tliet laqgħat ta’ tiġrijiet, is-47, 48 u d-49 laqgħa tal-istaġun. Spikkat l-aktar il-finali tal-Prix De Vincennes għal żwiemel Franċiżi tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2640m u li saret il-Ħadd. Din intrebħet minn Disco D’Occagnes misjuq minn Redent Magro.
Tnax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Cepage Des Ulmes (Clint Vassallo) kien l-aktar wieħed b’saħħtu wara li ngħata l-bidu uffiċjali. Dan fetaħ vantaġġ żgħir minn Formi (Joe Schembri) u Dandy De Godrel (Paul Galea). Madankollu l-finali ħadet svolta oħra 600 metru mil-linja finali hekk kif iż-żiemel ta’ Vassallo beda jnaqqas mill-ġiri u dlonk inqabeż minn Disco D’Occagnes (Redent Magro) li baqa’ sejjer biex ħa r-raba’ rebħa f’Malta faċilment b’tul minn Diablo d’Herfraie (Rodney Gatt) u Eden De L’Iton (Noel Baldacchino). Iron De Ginai (Charles Degiorgio) u Forban (Cherise Farrugia) daħlu fir-raba’ u l-ħames post rispettivament.
Fi tmiem il-finali, Tony Demanuele, uffiċjal tal-Malta Racing Club ippremja lil Redent Magro u Paul Vassallo, is-sewwieq u s-sid rispettivament taż-żiemel rebbieħ. Disco d’Occagnes kellu medja ta’1.13.7” fil-kilometru.
Il-laqgħa nkludiet ukoll il-finali tal-Prix d’Enghien għal żwiemel Franċiżi tal-klassi Gold ukoll fuq distanza twila. Din irriżultat f’taqtiegħa eċċitanti bejn ħames żwiemel fid-dritta finali. Kien Far West De Chenu (Rodney Gatt) li ħa t-tielet rebħa tal-istaġun wara attakk fuq in-naħħa ta’ ġewwa minn Havaroche (Noel Baldacchino), Diza Du Courtille (Ivan Stivala), Éclair De Vaux (Paul Galea) u First Dream (Charles Camilleri).
Ir-rebbieħa kollha
Il-Ġimgħa
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Idilllico Sarr (J. Scerri) Ħin – 2.03.2” (1.15.1”) 2. Hendy D’Auberville (Ch. Camilleri) 3. Ice Star (R. Magro) 4. Illassa (M. Cauchi)
II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Eligo De Loup (S. Schembri) Ħin – 2.01.7” (1.14.2”) 2. High Hope Laday (E. Bezzina) 3. Fighter Jihaime (R. Polidano) 4. Hegoa Smart (J. Gafa’)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Calogero RG (M. Debono) Ħin – 2.02.4” (1.14.7”) 2. Skogans Lotten (J. Vella) 3. Hay Pepito (R. Gatt) 4. Elona Dairpet (T. Cauchi)
IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Carbonfiber (J. Gafa’) Ħin – 1.59.7” (1.13”) 2. Diamant Du Ruel (J. Farrugia) 3. Vincent As (O. Briffa) 4. Mellby Drake (J. Spiteri)
V Tiġrija. Finali Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Fakir Piya (R. Gatt) Ħin – 3.21.6” (1.16.4”) 2. Hurricane Du Temps (D. Baldacchino) 3. Gima Tege (C. Vassallo) 4. Conflit (T. Demanuele) 5. Fast Loulou (N. Baldacchino)
VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Kadabra Dream (J. Zahra) Ħin – 1.59.4” (1.12.8”) 2. John King Boko (M. Debono) 3. Flash De Celland (D. Ellul) 4. Test Drive (J Gafa’)
VII Tiġrija. Finali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist- 2640m. 1. Heathrow (Ch. Camilleri) Ħin – 3.23” (1.16.9”) 2. Defi Nay (R. Gatt) 3. Forrest Beji (J. Gafa’) 4. Hanouchka (Cherise Farrugia) 5. Hoquey Demarlotte (Ch. Degiorgio)
VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. No Pressure (K. Galea) Ħin – 1.59.1” (1.12.6”) 2. Arachis P.R. (D. Casha) 3. Awesome Kronos (N. Baldacchino) 4. Lazy Breeze (E. Mallia)
Is-Sibt
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Gringo Marancourt (R. Gatt) Ħin – 2.04.6” (1.16”) 2. Kalina Castelle (Ch. Gauci) 3. Himitri Star (J. Spiteri) 4. Dencos P. Galore (P. Galea)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Ikarus Fligny (R. Gatt) Ħin – 2.04.6” (1.16”) 2. Hola Coquine (J. Carabott) 3. Islandais (J. Gafa’) 4. Fun For Jet (D. Baldacchino)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Ideal Pierji (J. Gafa’) Ħin – 2.03.8” (1.15.5”) 2. Jaguar Du Caieu (Cherise Farrugia) 3. M.T. Nosler (J. Carabott) 4. Caporal De Larre (P. Galea)
IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Holger (P. Galea) Ħin – 2.00” (1.13.2”) 2. Guide Imperial (N. Baldacchino) 3. Easy De Trouville (A. Grech) 4. Hodosis (M. Falzon)
V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Ginko De La Vallee (Cherise Farrugia) Ħin – 2.00.5” (1.13.5”) 2. Haquitin (R. Gatt) 3. Lee Harvey Bros (P. Galea) 4. Fast And Good (J. Gafa’)
VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Ianthin G.C. (R. Gatt) Ħin – 2.00.8” (1.13.7”) 2. A Perfect Lover (Sh. Portelli) 3. Fangio Magic (N. Borg) 4. My Golden Eye (D. Farrugia)
VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Global Lover (K. Galea) Ħin – 1.59.2” (1.12.7”) 2. Espit Chupitos (Ch. Camilleri) 3. Appreciated (Ch. Magro) 4. Forsica Du Rocher (F. Mallia)
VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Ecuador (R. Magro) Ħin – 2.01.8” (1.14.3”) 2. Satellit L.A. (R. Gatt) 3. Dynamic La Borie (A. Abela) 4. Shining Armor (C. Caruana)
Il-Ħadd
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Invictus Boy (C. Vassallo) Ħin – 2.04.1” (1.15.7”) 2. Jewel Dream (Ch. Gauci) 3. Goldenboy Du Greny (T. Demanuele) 4. Coutinho (W. Galea)
II Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Summerrazz (P. Galea) Ħin – 1.59.3” (1.12.8”) 2. Quite E. Wood (J.P. Farrugia) 3. Cutty Sark (Cherise Farrugia) 4. Donnezac (R. Magro)
III Tiġrija. Finali Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Igame Merite (D. Baldacchino) Ħin – 3.20” (1.15.8”) 2. Gayle Galbe (C. Vassallo) 3. Indien De Bry (R. Gatt) 4. Fabio Le Vallee (I. Galea) 5. Emissoro (R. Schembri)
IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Ingesson (C. Camilleri) Ħin – 2.00.6” (1.13.5”) 2. Farfars Dream (L. Ghigo) 3. Imola Boko (Cherise Farrugia) 4. Weather Chart (A. Cassar)
V Tiġrija. Finali Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Far West De Chenu (R. Gatt) Ħin – 3.18” (1.15”) 2. Havaroche (N. Baldacchino) 3. Diza Du Courtille (I. Stivala) 4. Éclair Des Vaux (P. Galea) 5. First Dream (C. Camilleri)
VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Falcao De Chenu (R. Magro) Ħin – 1.57.6” (1.11.7”) 2. Espoir D’Elphigny (J. Gafa’) 3. Al Capone Stecca (Ch. Degiorgio) 4. Digital Dominance (L. Ghigo)
VII Tiġrija. Finali Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Disco D’Occagnes (R. Magro) Ħin – 3.14.6” (1.13.7”) 2. Diablo D’Herfraie (R. Gatt) 3. Eden De L’Iton (N. Baldacchino) 4. Iron de Ginai (Ch. Degiorgio) 5. Forban (Cherise Farrugia)
VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Simb Trishia (P. Galea) Ħin – 2.00.6” (1.13.6”) 2. Axel Rek (M. Debono) 3. Shawn Leejs (C. Calleja) 4. Hermes Du Pressoir (L. Frendo)
//= $special ?>