Fi stqarrija ta’ żewġ sentenzi lill-midja, Transport Malta qalet biss li hi “qed issegwi b’attenzjoni l-allegazzjonijiet li saru fuq il-mezzi tax-xandir u t-talba għal inkjesta maġisterjali relatata mal-għoti ta’ rmiġġi f’Għawdex.”
Sejħa għal inkjesta maġisterjali li saret mill-avukat Jason Azzopardi permezz ta’ rikors u mhux minn Transport Malta wara li dan l-iskandlu ilu li ħareġ fil-beraħ daqs ġimgħa ilu fil-gazzetta Il-Mument, fejn fiċ-ċentru tagħha hemm il-Ministru Clint Camilleri u martu stess, Deborah Camilleri, il-Gozo Manager ta’ Transport Malta.
Dan jagħti x’jifhem li Transport Malta ma kinitx se tieħu l-passi minn jhedda sabiex toħroġ il-verità u ssir ġustizzja b’rabta ma’ dan l-iskandlu fi ħdanha. Iżda kien grazzi għal 52 paġna ta’ rikors b’talba lil maġistrat għal inkjesta maġisterjali urġenti.
Kien issa biss li Transport Malta qalet li “f’każ li ssir tali inkjesta, ser tkun qed tikkopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġu stabbiliti l-fatti dwar dawn l-allegazzjonijiet.”
//= $special ?>