Jgħid li għandu fiduċja fil-Kummissarju Johann Grech
Fi kliem il-Ministru Owen Bonnici, il-Kummissarju tal-Films Johann Grech kellu kritika li kienet ġustifikata, u oħra le. Madanakollu xorta waħda għandu l-fiduċja sħiħa tiegħu.
It-Tnejn filgħodu Net News staqsa lil Bonnici jekk il-ħaddiema fl-industrija tal-films lokali – u anke dawk barranin li nġiebu Malta mill-Kummissjoni tal-Films għal Mediterrane Film Festival… tħallsux, u fuq kollox għaliex dawn damu ma rċevew il-pagamenti mwiegħda.
Il-Minsitru ta x’jifhem li dawn għadhom ma tħallsux kollha hekk kif skont hu… il-proċess għadu miexi ġmielu.
Il-Ministru Owen Bonnici insista li għandu fiduċja f’Johann Grech għaliex ġab ħafna produzzjonijiet barranin.
Il-fatt jibqa’ li diversi persuni fl-industrija li tkellmu ma’ Net News fl-aħħar jiem u ġimgħat spjegaw li m’għandhomx fiduċja fit-tmexxija ta’ Grech u jinsabu ferm diżappuntati bl-andament tal-ħlasijiet.
//= $special ?>