Il-parlament illejla aġġorna għall-festi ta-Milied u s-sena l-ġdida 2025 bl-ewwel seduta wara l-festi tinżamm fit-13 ta’ Jannar 2025.
Qabel aġġorna għall-vaganzi tal-Milied u s-sena l-ġdida, il-parlament ħa diversi voti. Wara li ttieħdu l-voti, il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar ta l-awguri tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u l-Oppożizzjoni lill-Ispeaker, lill-membri tal-Gvern u lill-poplu Malti. Il-Whip tal-Gvern Naomi Cachia u l-Ispeaker Anġlu Farrugia rreċiprokaw dawn l-awguri.