Il-vapur ta’ Għawdex qed jgħaddi min-naħa tal-moll tan-nofsinhar fiċ-Ċirkewwa minħabba l-baħar qawwi li qed jolqot madwar il-Gżejjer Maltin.
Din id-deċiżjoni ttieħdet sabiex il-vapur jibqa’ jopera għalkemm wieħed għandu jistenna xi dewmien.
It-tbassir tat-temp qed juri li f’dawn is-sigħat għandna nistennew riħ qawwi mill-Grigal li jsir moderat, bil-baħar qawwi u imbatt baxx mill-Majjistral li jsir mill-Grigal.
//= $special ?>