Basketball Sport

Kampjonat BOV Irġiel: Valletta fit-tieni post wara rebħa fuq Hibernians

Colin Schembri

Athleta AtoZ…………………………..72

Luxol Sherries Estates……………92

(13-23)(19-19)(21-26)(19-24)

Luxol Sherries Estates irritornaw għar-rebħ wara żewġ telfiet konsekuttivi meta għelbu lil Athleta AtoZ 92-72. Athleta rkupraw lil Isaac Xuereb però għadu nieqes Robert Vitale fil-waqt li Luxol kienu bil-formazzjoni kompluta. Fl-aħħar partiti, Athleta għelbu lil Tigers fil-waqt li Luxol ġejjin minn telfa kontra Valletta. Luxol fetħu l-partita bi trippla ta’ Darron Howard bir-risposta tal-Athleta tasal bil-baskets minn Juan Cefai u Kurt James. Luxol fetħu vantaġġ ta’ 8 punti wara punti minn Stefan Cappello u trippla oħra ta’ Howard. Athleta wkoll kellhom trippla minn Caleb Matthews però kienu Luxol li temmew it-taqsima bl-aħjar mod meta għamlu sitt punti mingħajr risposta għal skor ta’ 23-13. Fit-tieni perjodu, Luxol komplew ikabbru l-vantaġġ b’akar punti minn Cappello flimkien ma’ Caleb Jones Mccrary, Wara risposta minn Athleta permezz ta’ Matthews, Luxol kellhom break qasir ta’ 10-4 li rahom jiftħu vantaġġ ta’ 16 –il punt 42-26. Athleta għalqu l-perjodu b’ħames punti minn James u Matthews biex fl-intervall Luxol kienu 10 minn fuq 42-32. Luxol komplew bl-istess andament fit-tielet taqsima hekk kif għamlu 12 –il punt kontra l-erbgħa tal-Athleta. Kien hemm aktar trippli minn Howard u Jean Paul Schembri però Athleta ma ċedewx u għaqqdu break ta’ 11-2 biex naqqsu d-distakk għal 8 punti 48-56. Howard kompla jwieġeb għal Luxol, l-istess kif għamel Matthews tal-Athleta għal skor ta’ 68-53 fi tmiem il-perjodu. L-aħħar taqsima rat lil Luxol jissiġillaw ir-rebħa hekk kif għamlu run oħra ta’ 10-0 bi trippli minn Mccrary u Nend Bukva. Athleta wkoll għamlu break ta’ 10-2 bi trippli minn Matthews u Luca Borg li naqqas id-distakk għal 15 –il punt 67-82. Fil-ftit ħin li kien għad fadal iż-żewġ timijiet wieġbu lil xuxlin biex Luxol ħadu r-rebħa fuq skor finali ta’ 92-72.

Athleta AtoZ: K. Fabri, B. Zammit 1, A. Garzia, C. Matthews 33, I. Xuereb 4, K. James 10, M. Farrugia, A. Bozanic, L. Borg 11, J. Cefai 4, M. Amoafo 9, G. Cassar

Luxol Sherries Estates: D. Howard 32, E. Caruana Montaldo, A. Azzopardi 8, I. Azzopardi, V. Jandric 13,  JP Schembri 3, N. Xuereb 4, M. Vassallo Pulis, N. Bukva 5, CJ Mccrary 12, M. Matijevic, S. Cappello 15.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Gordon Barbara, Daniel Farrugia

Hibernians……………..69

Valletta Lions…………83

(12-21)(14-21)(22-10)(21-31)

Valletta kisbu it-tielet rebħa konsekuttiva fil-kampjonat din id-darba kontra Hibernians 83-69. Sfortunatament il-partita kienet karateriżżata minn numru kbir ta’ technical fouls speċjalment fuq in-naħa tal-Hibs li wasslet għat-tkeċċija ta’ Tederick Wolfe, Matthew Gouder u l-coach Cristian Narcisio. Valletta kkonfermaw il-mument posittiv li għaddejin minnhu biex temporanjament qiegħdin fit-tieni post tal-klassifika. Il-ftuħ tal-partita kien bilanċjat bil-punti jaslu b’mod regolari fuq iż-żewġ naħat b’Ivan Demcesen jibda bl-ewwel tlett baskets ta’ Hibs. Valletta rnexxielhom jagħqqdu break ta’ 10-0 b’żewġ trippli minn Nikola Vasovic u Piotr Stelmach flimkien ma’ baskets minn Eric Terry biex marru fuq quddiem 14-8. Hibs waqqfulhom ir-run b’basket minn Neil Cassar però Nicholas Grech malajr wieġeb bi trippla oħra biex Valletta temmew l-ewwel sessjoni fuq quddiem 21-12. Kif fetħet it-tieni taqsima, Grech kiseb trippla oħra b’Demcesen iwieġeb għall-Pawlisti flimkien ma’ trippla ta’ Matthew Attard. Valletta għamlu 5 punti oħra bi trippla ta’ Vasovic u minkejja l-punti ta’ Matthew Gouder għal Hibs, punti konsekuttivi minn Terry ħallew lil Valletta b’vantaġġ ta’ 18 –il punt 38-20. Qabel l-intervall kien hemm erba’ punti fuq kull naħa biex Valletta daħlu jistrieħu fuq quddiem 42-26. 

Fil-ftuħ tat-tielet perjodu, Hibs għamlu run ta’ 11-0 bi trippla ta’ Derek Brown. F’mument ta’ battibekki fuq iż-żewġ naħat ingħataw żewġ fouls tekniċi fuq kull naħa u ftit wara Wollfe ikkometta ieħor wara protesti żejda u fis-sitt minuta kellhu jħalli l-court. Madankollu Hibs komplew b’run ta’ 9-2 biex naqqsu d-distakk għal 4 punti fi tmiem il-perjodu 48-52. Fl-aħħar sessjoni Hibs marru minn fuq wara punti ta’ Brown 64-55. Hawn però Valletta għamlu run deċisiva ta’ 21-2 b’sensiela ta’ punti minn Vasovic, Stelmach u Terry biex ħadu vantaġġ ta’ 20 punt 76-56 f’mument li fih Hibs tilfu wkoll lil Gouder għal protesti. Ftit wara kien imiss lil Narcisio li jitkeċċa hekk kif il-partita ftit kien fadlilha x’toffri u Valletta ħarġu rebbieħa 83-69.

Hibernians: N. Cassar 6, T. Wolfe 8, D, Brown 22, L. Attard 3, L. Farrugia, V.Kustodija, A. Axiaq 6, M. Gouder 4, M. Attard 3, M. Mallia, I. Demcesen 14, S. Simic 2.

Valletta Lions: N. Grech 6, F. Mifsud Bonnici 8, P. Stelmach 25, A. Attard, D. Schembri, J. Camilleri, N. Vasovic 24, S. Vincic, E. Terry 20.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic

Sigma Depiro……..89

Tigers…………………50

(26-9)(24-11)(14-12)(25-18)

Depiro kisbu t-tielet rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Tigers 89-50 u baqgħu viċin il-postijiet ta’ fuq. Huma kienu mingħajr David Bugeja għal din il-partita. Kienu Tiigers li għamlu l-ewwel żewġ baskets minn Serge Hamparsoumian u Keith Micaller. Ir-risposta ta’ Depiro però kienet immedjata bi break qawwi ta’ 16-0 li ndewh b’żewġ trippli minn Cameron Cornelius u Luca Stefanovic flimkien ma’ diversi punti ta’ Nikola Bozovic. Wara punti minn Sassoun Saakian għal Tigers, Depiro komplew bit-trippli ta’ Stefanovic u Michael Debattista biex temmew l-ewwel sessjoi 26-9 minn fuq. Fit-tieni sessjoni wara trippla ta’ Miguel Brincat għal Depiro, Tigers wieġbu b’punti konsekuttivi minn Israel Lockamy għal skor ta; 17-31. Depiro wieġbu permezz ta’ Brandon Porter u komplew biex għalqu s-sessjoni bi break ta’ 13-1 bi trippla ta’ Niksa Zivkovic għal skor ta’ 50-20.

Tigers fetħu t-tielet taqsima b’sitt punti konsekuttivi minn Lockamy. Ir-risposta ta’ Depiro ġiet bi trippla ta’ Brandon Porter u oħra ta’ Sean Galea flimkien ma’ Stefanovic biex it-taqsima għalqet fuq skor ta’ 64-32. L-aħħar sessjoni kienet l-aktar waħda bilanċjata bil-punti ġejjin fuq iż-żewġ naħat. Għal Depiro kien hemm fost l-oħrajn it-trippli ta’ Alessio Trapani u Brincat fil-waqt li Darryl Pisani u Lockamy kienu fost l-aktar attivi għal Tigers. Lejn tmiem il-partita kien hemm trippla oħra minn Trapani għal Depiro u Lockamy għal Tigers. Depiro għalqu b’żewġ baskets minn Stefanovic biex huma ħarġu rebbieħa 89-50.

Sigma Depiro:  S. Galea 3, N. Bozovic 21, N. Zivkovic 9, L. Stefanovic 14, A. Trapani 6, D. Tomasi 4, B. Porter 14, M. Brincat 10, C. Cornelius 3, M. Debattista 5

Tigers: D. Pisani 4, S. Hamparsoumian 9, I. Lockamy 27, K. Micaller 3, M. Jalkh 1, S. Saakian 5, D. Militello 1.

Referees: Bernard Vassallo, Nicky Azzopardi, Fiorentina Ciurariu