Colin Schembri
Athleta……………………………48
Caffè Moak Luxol…………..83
(7-28)(10-20)(14-23)(17-12)
Caffè Moak Luxol irritornaw għar-rebħ wara żewġ telfiet konsekuttivi meta fl-ewwel partita għelbu lil Athleta 83-48. Athleta, friski mir-rebħa kontra Valletta fl-aħħar ħarġa tagħhom, kienu mingħajr Britney Agius u Martina Ferrante filwaqt li Luxol kienu mingħajr Ella Abela.
Il-ftuħ tal-partita kien f’idejn it-tim ta’ Roderick Vella li bdew bl-ewwel 15-il punt tat-taqsima bi trippla ta’ Brandy Huffhines flimkien mal-punti minn Anna u Sarah Fenech Pace. Athleta finalment kisbu l-ewwel punti tagħhom minn trippla ta’ Nicole Vella qabel ma’ Luxol komplew bill-punti ta’ Lisa Fenech Pace. Wara basket ieħor tal-Athleta minn Francesca Sant, Luxol għalqu t-taqsima permezz ta trippla oħra minn Huffhines u basket ta’ S. Fenech Pace għal skor ta’ 28-7.
Athleta bdew aħjar fit-tieni perjodu meta għamlu l-ewwel ħames punti tas-sessjoni. Hawn, però, intlaqtu minn run oħra ta’ 12-0 minn Luxol li kellhom lil Vanya Baldacchino tagħmel żewġ trippli flimkien ma’ Josephine Diaby u S. Fenech Pace. Wara li Athleta għamlu ħames punti oħra minn Sant u Julia Cipriott, Luxol għalqu s-sessjoni bi break ta’ 8-0 għal skor ta’ 48-17.
Fil-bidu tat-tielet sessjoni kien hemm trippla fuq kull naħa minn Vella u Huffhines biċ-champions ikomplu jinqatgħu fuq quddiem bi break ieħor ta’ 12-2 fosthom trippli minn Huffhines u Baldacchino, u fi tmiem is-sessjoni kellhom vantaġġ qawwi ta’ 40 punt 71-31. L-aħħar taqsima fetħet bil-punti ta’ Kennedi Williams għall-Athleta bil-Luxol iwieġbu bi trippa minn Michela Marmara u baskets ta’ L. Fenech Pace u Rebecca Naudi. Athleta kellhom trippla minn Williams li għamlet sitt punti konsekuttivi, però l-vantaġġ ta’ Luxol kien wieħed li ma setax jiġi milħuq u l-aħħar punti minn Athleta li reġgħu waslu minn Williams servew biss biex jagħmlu l-iskor aktar rispettabbli hekk kif Luxol ħarġu rebbieħa 83-48.
Athleta: K. Williams 20, N. Vella 6, M. Cassar Pickard, F. Sant 9, J. Cipriott 6, Ke. Abela 5, N. Cassar, C. Caruana, Ka. Abela, L. Camilleri 2, L. Mercieca, L. Farrugia.
Caffè Moak Luxol: G. Carabott, L. Fenech Pace 9, M. Marmara 5, N. Vella 1, J. Said 2, S. Fenech Pace 10, J. Diaby 14, B. Huffhines 17, V. Baldacchino 12, S. Sciberras 2, R. Naudi 7, A. Fenech Pace 4.
Referees: Nicky Azzopardi, Nelson Da Silva
Starlites JSD…………….78
Valletta Lioneses……47
(16-10)(18-11)(27-16)(17-10)
Starlites JSD ukoll irritornaw għar-rebħ biex żammew il-pass ma’ ta’ fuq b’rebħa fuq Valletta Lioneses 78-47. Starlites kienu mingħajr Sasha Lecuyer u Mariah Fenech u posthom ħaduh Emma Jo Degiorgio u Samantha Tabone.
Starlites bdew fuq quddiem grazzi għal żewġ trippli ta’ Zammit Cordina fl-ewwel minuti tal-logħba hekk kif kellhom run ta’ 10-1 fejn Makaila Napoleon u Ylenia Bonett ukoll kisbu l-punti. Valletta kellhom risposta minn Janea Barnes, Alexia Parnis u Milica Stefanovic hekk kif għamlu break ta’ 9-2 u waslu sa basket ‘il bogħod. Starlites wieġbu bi trippla ta’ Philippa Riolo biex temmew l-ewwel sessjoni 16-10 minn fuq.
Fit-tieni taqsima, Starlites komplew iżidu mal-vantaġġ tagħhom bi trippla ta’ Catherine Cilia. Napoleon u Bonett taw kontribut f’run ta’ 13 fejn kien hemm ukoll trippla ta’ Christina Curmi u punti minn Riolo. L-aħħar punti tal-perjodu ġew minn free-throws ta’ Momcolovic u Stefanovic għal Valletta biex Starlites għalqu s-sessjoni fuq quddiem 34-21.
Fit-tielet perjodu kien hemm free-throws fuq kull naħa qabel ma Valletta għamlu sitt punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Stefanovic biex naqqsu d-distakk għal disa’ punti 29-38. Ylenia Ferrando kellha sensiela ta’ punti għal Starlites biex reġgħet kabbritilhom il-vantaġġ. Wara risposta minn Barnes u Hayley Grixti għal Valletta, Starlites għamlu run ta’ 15-3 b’aktar punti minn Napoleon u Cilia flimkien ma’ trippla oħra ta’ P. Riolo għal skor ta’ 61-37.
L-aħħar taqsima fetħet bi tmien punti konsekuttivi minn Starlites biex kabbru l-vantaġġ għal 32 punt. Valletta wieġbu permezz ta’ Momcilovic u Barnes b’Mikela Riolo tikseb trippla għal Starlites. L-aħħar punti tal-partita ġew minn Valletta, però Starlites kienu komdi fuq quddiem hekk kif ħarġu rebbieħa 78-47.
Starlites JSD: E.Degiorgio, M. Riolo 5, C. Cilia 8, P. Riolo 12, M. Zammit Cordina 8, C. Vella 2, Y.Bonett 6, M. Napoleon 22, S. Tabone 2, L.M. Zammit 1, Y. Ferrando 7, C. Curmi 5.
Valletta Lioneses: A. Parnis 3, J. Barnes 18, S. Abugrin, J. Apap Brown, M. Stefanovic 9, N. Caruana 2, M. Momcilovic 3, M. Mifsud, A. Nikishina, H. Grixti 4, N. Montalvo, T. Nikishina 8.
Referees: Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic.
Hibernians………………..55
Betsson Depiro……….68
(12-18)(16-16)(17-12)(10-22)
Betsson Depiro żammew posthom f’ras il-klassifika meta għelbu lil Hibernians 68-55. Il-klassifika bħalissa tara lil Starlites u Luxol imeddjatament wara Depiro u l-Hibs fir-raba’ post. Hibs kienu mingħajr Jasmine Abela filwaqt li Depiro kellhom għal-ewwel darba fil-formazzjoni lil Keira Fenech Ismael u rkupraw lil Julia Borg.
Il-bidu kien promettenti għal Hibs li għamlu l-ewwel basket minn Maria Bonett, però sofrew risposta minn Depiro b’seba’ punti minn Janai Crooms, rebbieħa tal-player tax-xahar ta’ Novembru. Julia Borg bi trippla kompliet tkabbrilhom il-vantaġġ b’Winnie Buhagiar tgħajjat time-out wara erba’ minuti fuq skor ta’ 2-10. Hibs kellhom risposta minn Mikaila Brandon u Kirsty Caruana, qabel ma Borg għamlet trippla oħra għal Depiro. Hibs naqqsu d-distakk bi trippla u free-throws ta’ Andie Saliba, però Crooms għamlet basket ieħor għal Depiro li temmew l-ewwel sessjoni 18-12 minn fuq.
Fit-tieni taqsima kien hemm risposta ta’ Hibs b’sensiela ta’ punti minn Bonett qabel ma Borg għamlet trippla oħra għal Depiro. Depiro komplew bi break ta’ 9-2 maqsum bejn Claire Ciantar u Crooms, iżda Hibs għalqu b’seba’ punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Brandon għal skor ta’ 28-34.
Wara l-intervall, iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex Depiro żammew vantaġġ ta’ sitt punti 39-33. Hawn Hibs kellhom mument tajjeb tant li fis-seba’ minuta marru punt minn fuq 40-39. Crooms reġgħet wieġbet għal Depiro, però qabel tmiem is-sessjoni De Martino kellha trippla għal Hibs li baqgħu punt biss taħt l-avversarji 45-46.
Fl-aħħar taqsima kien hemm trippla oħra minn Borg, però Hibs baqgħu viċin. Depiro komplew bi break ta’ 10-0 bil-punti ta’ Neve Borg u Galea. Hibs waqqfuhom b’basket ta’ Brandon, però l-ħin kien favur Depiro li setgħu jikkontrollaw l-aħħar minuti u jerbħu l-partita 68-55.
Hibernians: M. Brandon 11, M. Buhagiar, E. Farrugia, E. Cassar, A. Saliba 14, M. Bonett 13, S. De Martino 9, K. Calleja, N. Farrugia, K. Caruana 6, A. Mallia, J. Dabic 2.
Betsson Depiro: K. Fenech Ismael, J. Borg Xerri 4, J. Magri, L. Sciberras, C. Ciantar 7, J. Borg 15, M. Micallef, N. Borg 6, K. Galea 8, J. Borg Cardona, H. Farag, J, Crooms 28.
Referees: Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi
//= $special ?>