Lokali

Raġel bi ġrieħi gravi wara inċident fi ġnien ta’ residenza f’Għawdex

Raġel ta’ 49 sena mill-Għana, li kien qed jagħmel xogħol permezz ta’ dumper truck fi ġnien ta’ residenza, tilef il-kontroll u nqaleb fil-Qala, Għawdex.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax u kwart tat-Tnejn filgħodu f’residenza fi Triq l-Imġarr, fejn minnufih ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-barrani l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.