Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Għawdex

Raġel ta’ 45 sena residenti s-Sannat, Għawdex, jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara ħabta bejn mutur u karozza fix-Xewkija.

Il-Pulizija isejħu mal-ewwel fil-post fejn irriżulta li seħħet ħabta, fit-8:30 ta’ filgħaxija fi Triq l-Imġarr, fix-Xewkija, bejn Toyota Tercel misjuqa minn mara ta’ 86 sena residenti x-Xewkija, u mutu r misjuq minn raġel ta’ 45 sena.

Fil-post isejħu ambulanza u tim mediku li b’urġenza ħadu lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament u għaldaqstant fil-periklu li jitlef ħajtu.

Il-Maġistrat Birgitte Sultana ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejin.