Ġiet inawgurata uffiċjalment il-15-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem, wieħed mill-aktar avvenimenti mfittxija fil-kalendarju kulturali Għawdxi tal-Milied.
Dan il-presepju ħaj ireġġa’ lura lil dawk li jżuruh lejn iż-żminijiet tan-Natività, filwaqt li joffri esperjenza awtentika u ta’ ispirazzjoni fil-perjodu tal-Milied.
Il-presepju animat mifrux fuq medda ta’ 20,000 metru kwadru u b’aktar minn 100 attur se joffri mhux biss esperjenza unika tal-istorja tan-Natività, iżda wkoll taħlita ta’ tradizzjonijiet u snajja’ lokali flimkien ma’ dak kollu li ġeneralment huwa assoċjat mal-presepju tradizzjonali Malti.
//= $special ?>