Futbol Sport

Coppa Italia: Juventus jikkwalifikaw għall-kwartifinali b’rebħa kbira fuq Cagliari

Juventus irritornaw għar-rebħ b’rebħa konvinċenti għall-aħħar hekk kif għaddew għar-rawnd li jmiss tal-Coppa Italia meta għelbu lil Cagliari 4-0 fl-Allianz Stadium.

Il-Bianconeri stennew sal-44 minuta biex ħadu l-vantaġġ hekk kif Dusan Vlahovic jirrispondi għall-kritika b’gowl tajjeb ħafna meta jirċievi minn pass filtranti ta’ Yildiz u jdur u jixħet fir-rokna t’isfel, Juventus jidħlu jistrieħu b’vantaġġ.

Fit-53 minuta Juventus jirdoppjaw b’gowl fenomenali ta’ Teun Koopmeiners minn freekick minn kważi 30 metru bogħod mix-xellug, mogħti bix-xellug fir-rokna ta’ fuq tal-istess naħa.

Dusan Vlahovic isib ix-xibka darbtejn oħra fil-partita, darba bir-ras u darba jqabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper, madankollu fuq iż-żewġ okkażjonijiet is-Serb ikun f’pożizzjoni rregolari.

Francisco Conceicao jagħmilhom 3-0 b’gowl tajjeb u klassiku tiegħu mil-lemin bil-Portugiż jaqta’ għal fuq ix-xellug u jixħet fil-baxx mis-suġġeriment tas-sostitut Nico Gonzalez li rritorna mill-injury bl-aqwa mod hekk kif 9 minuti wara jiskorja gowl il-ġmiel tiegħu meta jaqbad il-ballun minn nofs il-grawnd u jaqbeż id-difensuri u finalment iqabbez il-ballun minn fuq ras il-goalkeeper għall-aħħar gowl.