“Għandu bżonn ħafna talb”.
Kien dan il-messaġġ li twassal minn missier Chris Bonello, iż-żagħżugħ li għadu l-isptar f’qagħda kritika wara li ttajjar minn karozza fil-Gudja l-ġimgħa li għaddiet waqt li kien qiegħed mal-ġenb tat-triq isewwi puncture.
Fuq Facebook, missieru spjega kif dalgħodu Chris Bonello daħal għal operazzjoni, u għandu bżonn ħafna talb.
Dan il-Pulizija għadu qed jgħaddi minn għadd ta’ operazzjonijiet serji minn timijiet mediċi ta’ Mater Dei, bil-kundizzjoni tiegħu għadha serja iżda stabbli.
Numru ta’ operazzjonijiet kapaċi jitħassru hekk kif hemm nuqqas kbir ta’ donazzjonijiet tad-demm, b’mod speċjali O positive u A positive u b’hekk wieħed qed ikun imħeġġeġ biex iżur il-Bank tad-Demm fi Gwardamangia sabiex jagħti d-donazzjoni tiegħu u jieħu miegħu l-ID Card jew passaport.
//= $special ?>