Ġie inawgurat uffiċjalment il-15-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem, wieħed mill-aktar avvenimenti mfittxija fil-kalendarju kulturali Għawdxi tal-Milied. Dan il-presepju ħaj ireġġa’ lura lil dawk li jżuruh lejn iż-żminijiet tan-Natività, filwaqt li joffri esperjenza awtentika u ta’ ispirazzjoni fil-perjodu tal-Milied.
Betlehem f’Għajnsielem ġie deskritt bħala mudell ta’ kif l-identità kulturali u reliġjuża tagħna li tista’ tinbidel f’opportunità biex Għawdex ikompli jissemma’ b’mod pożittiv fuq livell nazzjonali u internazzjonali u jattira lejh bosta nies. Dan l-avveniment mhux biss itenni l-importanza tal-Milied bħala żmien ta’ għaqda u tama, imma wkoll juri l-ispirtu tal-komunità Għawdxija.
Il-presepju animat mifrux fuq medda ta’ 20,000 metru kwadru u b’aktar minn 100 attur, se joffri mhux biss esperjenza unika tal-istorja tan-Natività iżda wkoll taħlita ta’ tradizzjonijiet u snajja’ lokali flimkien ma’ dak kollu li ġeneralment huwa assoċjat mal-presepju tradizzjonali Malti.
Dan il-presepju ħaj fetaħ il-Ħadd 15 ta’ Diċembru.
//= $special ?>