Lokali

“Grat lejn ix-xogħol importanti li tagħmlu”

Kommessi li fix-xhur li ġejjin il-midja tal-PN tkompli tissaħħaħ.

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Kap tal-PN Bernard Grech meta aktar kmieni llum żar in-Newsroom ta’ dan l-istazzjon fejn intlaqa’ mill-Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet, Robert Cremona.

Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti mhux biss ġurnalisti iżda wkoll edituri tal-gazzetti, camera persons, fotografi u impjegati li jaħdmu fl-aspett tekniku tax-xandir.

Il-Kap tal-PN, filwaqt li irringrazzja lill-ħaddiema kollha għax-xogħol imprezzabbli li jagħmlu, tenna l-impenn tiegħu li jkompli jsaħħaħ il-midja tal-Partit Nazzjonalista – midja li matul din is-sena mhux biss rebħet 4 unuri fl-Awards tal-IĠM, iżda irnexxielha wkoll iżżid l-udejnzi minn survey wara l-ieħor. Biex b’hekk Net TV saħħaħ postu bħala l-aktar stazzjon privat segwit f’pajjiżna.

Matul il-ġurnata l-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar in-newsrooms kollha ta’ pajjiżna, fosthom; LovinMalta u FreeHour Malta, Times of Malta, MaltaDaily u Malta Today, The Malta Independent, Sidestreet, ONE News, l-Orizzont, TVM u Newsbook.