Internazzjonali

Il-Ġermanja lejn elezzjoni ġenerali fi Frar li ġej

Kollox jindika li l-elezzjoni fil-Ġermanja se tkun qed issir lejn l-aħħar ta’ Frar wara li lbieraħ il-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz tilef vot ta’ fiduċja fil-Parlament.

Il-Kanċillier Ġermaniż kellu bżonn 367 vot. Iżda kienu biss ftit aktar minn 200 dawk li appoġġjawh.

Il-Gvern ta’ Scholz spiċċa kkrolla wara li falliet il-koalizzjoni li kien ifforma. U dan ifisser li l-Ġermanja taf tmur lura għal tmexxija li tkun f’idejn is-CDU – il-partit li kienet tmexxi Angela Merkel, u li jifforma parti mill-EPP.