Internazzjonali

“Il-libertà trid tirbaħ dejjem u kullimkien” – Roberta Metsola

“L-isforzi tagħkom ifakkruna li kull wieħed u waħda għandna niġġieldu għad-demokrazija. Għax il-libertà trid tirbaħ – Dejjem u kullimkien.”

Dan kien is-sentiment espress mill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola waqt iċ-ċerimonja tal-Premju Sakharov – premju li jingħata kull sena għal dawk li kkontribwixxew għal libertà.

Il-premju ta’ din is-sena ingħata lil Edmundo Gonzalez Urrutia u María Corina Machado – l-oppożizzjoni fil-Venezuela li għadhom jiġġieldu bis-saħħa l-opressjoni tar-reġim tal-President Maduro.

L-ECR u l-EPP innominaw lil Edmundo González Urrutia, President elett b’mod leġittimu mill-poplu iżda vittma tar-reġim ta’ Maduro – biż-żewġ gruppi politiċi, qablu li jiddefendu l-oppożizzjoni fil-Venezwela fil-Parlament Ewropew, filwaqt li qasmu wkoll l-għażla tal-kandidatura ta’ Uturria, li magħha l-EPP żied ukoll lil Maria Corina Machado bħala l-mexxej tal-forzi demokratiċi fil-Venezwela, vittma oħra tar-repressjoni tal-oppożizzjoni.

Fid-diskorsi tagħhom Urrutia u Machado rringrazzjaw lil President Metsola u l-Parlament Ewropew tas-sapport tagħhom – filwaqt li sostnew li ser jibqgħu jiġġieldu sabiex il-poplu tal-Veneżwela ikun jista’ jgħix f’pajjiż normali li jixrpruna dejjem il-valuri demokratiċi u tas-saltna tad-dritt.

Min naħa tagħha Roberta Metsola faħħret l-impenn ta’ dawn iż-żewġ persuni influwenti filwaqt li rringrazzjat il-poplu tal-Veneżwela għal glieda tagħhom favur il-libertà u d-demokrazzija – Hi tat ukoll is-sapport kollu tagħha u tal-Parlament Ewropew lil poplu tal-Veneżwela, filwaqt li kkundannat mill-ġdid ir-reġim awtokratiku ta’ Maduro.