L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia inawgura l-wirja artistika annwali b’risq id-Dar tal-Providenza.
F’kelmtejn tal-okkażjoni l-Ispeaker faħħar ix-xogħol imprezzabbli li din id-dar tkompli twettaq fis-soċjetà Maltija u Għawdxija fejn tenna li d-Dar tal-Providenza hija mhux biss kenn għal persuni b’diżabilità, iżda wkoll simbolu tal-imħabba u l-solidarjetà li jgħammar fil-qalb tal-poplu tagħna.
L-Ispeaker qal ukoll li l-wirja artistika hija eżempju ċar tal-ispirtu ġenwin ta’ għaqda u ġenerożità, hekk kif il-kontribuzzjonijiet tal-artisti u l-appoġġ tal-pubbliku jkomplu jagħtu l-ħajja lil din il-missjoni qaddisa.
Huwa stieden lill-pubbliku sabiex jikkontribwixxi b’mod ġeneruż, kemm materjalment kif ukoll spiritwalment, sabiex id-Dar tal-Providenza tkompli toffri s-servizzi essenzjali tagħha b’dinjità u imħabba. L-Ispeaker irringrazzja lil Father Martin Micallef għall-impenn kontinwu tiegħu u esprima l-fiduċja li din l-inizjattiva se tkun suċċess kbir, li turi għal darb’oħra l-qawwa tas-solidarjetà tal-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>