Lokali

L-SDM jirbaħ il-Kunsill tal-ITS b’maġġoranza assoluta

L-Istudenti Demokristjani Maltin (SDM), rebaħ il-Kunsill Studenti ITS għall-ewwel darba.

L-SDM irnexxiela tikseb maġġoranza assoluta fl-ITS, dan kollu wara li rnexxiela ttella’ l-ħames kandidati tagħha fil-Kunsill tal-ITSC.

Il-membri eletti huma Thomas Garzia, Gayle Cini, Karol Buttigieg, Liam Axisa u Chayenne Catania.

Din hija t-tieni kisba tal-SDM, wara li fl-aħħar ta’ Novembru l-SDM irnexxielu jeleġġi żewġ kandidati minn tmienja fil-Kunsill tal-Junior College wara’ 9 snin.