Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Id-diżabbiltà toħloqha s-soċjetà” – Dun Martin Micallef

L‑iffirmar ta’ ftehim bejn l‑Arċidjoċesi ta’ Malta u The Malta Trust Foundation għall‑għoti ta’ Dar Saura sabiex issir Empowerment Hub li jipprovdi spazju u servizzi għal tfal u żgħażagħ b’diżabbiltà. L‑iffirmar se jsir fil‑Kurja tal‑Arċisqof u jippresiedu l‑Arċisqof Charles Scicluna u l‑ET President Emeritu Marie‑Louise Coleiro Preca - 05/07/24

Għall-programm PROFILI tal-lejla se jkollna lil Dun Martin Micallef, profil li wettaq tant missjonijiet b’ħidma kontinwa biex jgħin lil dawk fil-bżonn.

Miegħu se nitkellmu fuq il-vokazzjoni, l-imħabba lejn l-organizzazzjoni u anki lejn il-komunitajiet li hu u għadu jagħmel parti.

Ma’ Dun Martin mhux biss se nitkellmu dwar il-vokazzjoni nisranija biex jgħin, imma wkoll id-dixxiplina matul il-ħajja, bl-imħabba u l-għożża jibqgħu l-elementi tant importanti biex wieħed isib il-paċi f’qalbu.

PROFILI bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.

Tags