Il-mewt tas-sewwieq tal-mutur li tilef ħajtu fi tmiem il-ġimgħa kompliet iġġib magħha reazzjonijiet ferm iebsin.
Issa, kien imiss il-grupp bl-isem ‘The 2 Wheels Foundation’ li fuq Facebook esprima r-rabja u l-frustrazzjoni tiegħu wara t-traġedja li fiha tilef ħajtu Dieter Vink, li kellu 54 sena.
Vink miet f’Mater Dei jumejn wara li kraxja bil-mutur tiegħu fi skip, li tħalliet f’nofs il-bypass ta’ San Pawl il-Baħar u li kienet hemm bla permess – eżatt qabel ir-roundabout tax-Xemxija.
S’issa, għadu mhux ċar jekk il-Pulizija ħadux xi tip ta’ azzjoni dwar dan il-każ serju.
L-għaqda qalet li xadina kien ikollha aktar sens ma tpoġġix ostaklu fi ‘blind corner’ b’riskju għas-sewwieqa. “L-infrastruttura tinsab f’idejn nies injoranti u primittivi”, qalet din l-għaqda f’messaġġ ippubblikat fuq Facebook.
‘The 2 Wheels Foundation’ irrimarkat kif f’pajjiżna spiċċajna lanqas biss nirreaġixxu għal sitwazzjonijiet traġiċi bħal dawn. U staqsiet jekk issa hux se jintefa’ kollox taħt it-tapit.
//= $special ?>