Waqt iċ-ċerimonja tal-FIFA Best awards, l-attakkant Internazzjonali Brażiljan u ta’ Real Madrid Vinicius Junior ingħata l-premju tal-FIFA best men’s player.
Vinicius Jr rebaħ dan il-premju hekk kif rebaħ il-La Liga u l-UEFA Champions League fl-istaġun 2023-23, fejn skorja 24 goal u pprovda 11-il assist fil-kompetizzjonijiet kollha.
Minn naħa l-oħra, Emma Hayes ingħatat il-premju tal-Best women’s coach għat-tieni darba hekk kif taħt it-tmexxija tagħha Chelsea rebħu l-ħames Women’s Super League. Barra minn hekk Hayes ukoll rebħet id-Deheb mal-Istati Uniti f’Pariġi.
Il-goalkeeper ta’ Aston Villa Emiliano Martinez rebaħ l-unur tal-aqwa goalkeeper tas-sena hekk kif kien il-goalkeeper ewlieni tat-tim Nazzjonali Arġentin li rebaħ il-Copa America l-istaġun li għadda.
Aitana Bonmati rebħet l-unur tal-Best women’s player għat-tieni sena infila, waqt li Carlo Ancelotti ħa l-unur tal-aqwa kowċ tas-sena.
L-attakkant laterali ta’ Manchester United Alejandro Garnacho rebaħ il-famuż Puskas Award tal-irġiel hekk. Il-gowl li kien nominat għal dan il-premju kien ir-rabuxxata tiegħu kontra Everton f’ Novembru tal-2023. Martha rebħet l-ekwivalenti ta’ dan l-unur.
Alysssa Naeher rebħet l-unur tal-aqwa goalkepeer tan-nisa.
//= $special ?>