Knisja Kultura Lokali

Kunċert tal-Milied mill-Banda Cittadina Sliema

Din is-sena s-Soċjetà Filarmonika Sliema ser ittella’ l-Programm Vokali u Mużikali tal-Milied nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Dicembru 2024 fis-7pm, fis-Santwarju Marjan Madonna tas-Sacro Cuor, f’Tas-Sliema.

Dan il-programm ser jittella’ mill-Banda Cittadina Sliema taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Lesley Tabone u bis-sehem ta’ “Romina Vella’s Children’s Choir” li se jakkumpanjaw lill-banda 

Silta mużikali se tkun “Stranger on the Shore” ta’ Acker Bilk b’arranġament għall-banda minn Michael Pirotta fejn il-Banda Sliema se tkun akkumpanjata mill-klarinettista solista Alfred Reale.

Flimkien mal-kor, il-banda se tesegwixxi s-siltiet “O Holy Night” ta’ John Sullivan Dwight b’arranġament ta’ Raymond Sciberras, “Hej Jude” ta’ John Lennon b’arranġament ta’ Aurelio Belli u “Winter Wonderland” ta’ Felix Bernard b’arranġament ta’ Andrew Calleja.

Siltiet oħra li se jindaqqu mill-Banda Cittadina “Sliema” waqt dan il-programm tal-Milied huma “A Christmas Festival” ta’ Leroy Anderson, “Santa on Parade” ta’ Gene Milford b’arranġament ta’ Rene Barbara, “Feliz Navidad” ta’ Jose Felciano b’arranġament ta’ Michael Pirotta, “God Bless Us Everyone” ta’ Alan Silvestri u Glen Ballard, “Christmas Medley” fuq arranġament ta’ Lorenzo Pusceddu, “It’s begining to look like Christmas”  ta’ Meredith Wilson.

Il-programm li se jkun ippreżentat minn Mario Fenech, jintemm bl-Innu “Tislima lil Tas-Sliema” ta’ Andrew Coleiro u l-Inno Sliema ta’ Cardenio Botti.

Dan il-programm qiegħed jiġi mtella’ wkoll bil-kollabrazzjoni tal-Komunità Franġiskana u tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema.