Mill-kwartifinali tal-Carabao Cup, Arsenal kisbu rebħa ta’ 3-2 fuq Crystal Palace. Kienu Palace li fetħu l-iskor wara erba’ minuti permezz ta’ Jean-Philippe Mateta. Arsenal wettqu rimonta fit-tieni taqsima b’hatrick ta’ Gabriel Jesus. Eddie Nketiah naqqas l-iskor għal 3-2 fil-85 minuta.
Newcastle wkoll avvanzaw b’rebħa ta’ 3-1 fuq Brentford. Sandro Tonali poġġa lill-Geordies fil-vantaġġ wara disa’ minuti. L-istess Tonali rdoppja fit-43 minuta qabel ma’ Fabian Shcar għamilhom 3-0 fid-69 minuta. Yoane Wissa naqqas l-iskor fil-ħin mogħti żejjed fi tmiem il-partita.
Liverpool għelbu lil Southampton 2-1. Darwin Nunez u Harvey Elliott poġġew lil Liverpool 2-0 fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima. Cameron Archer għamilhom 2-1 fid-59 liema riżultat ma nbidilx sat-tmiem.
//= $special ?>