Għaxaq Wolves telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA meta għelbu l-isfida diretta ta’ Valletta St Paul’s 2-0.
L-Għaxqin skorjaw gowl f’kull taqsima sabiex mhux biss aċċertaw ruħhom mit-tliet punti finali iżda għalqu l-ewwel round fl-ewwel post tal-klassifika.
Man-nofs siegħa logħob Għaxaq Wolves marru minn fuq meta minn azzjoni ta’ freekick, il-goalkeeper ta’ Valletta St Paul’s, Matthew Camilleri, fit-tentattiv li jikklerja l-ballun, xeħet fix-xibka tiegħu stess.
Fit-tieni taqsima, Għaxaq Wolves irduppjaw l-iskor hekk kif wara corner mix-xellug, kien Diego Fernando Pereira li bir-ras xeħet il-ballun fix-xibka. B’hekk l-Għaxqin jinsabu punt vantaġġ fuq l-istess Beltin hekk kif intemm l-ewwel round.
Referee kien Paul Apap.
L-ewwel rebħa
Ta’ Ġiorni Wanderers kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Mqabba Albions 5-0. Liam Caruana Montalto skorja doppjetta filwaqt li Benjamin Cassar Ellis, George Andrew Marshalll u Simon Playner żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom. Min-naħa tagħhom, Mqabba għadhom qed ifittxu l-ewwel punti tal-istaġun wara seba’ logħbiet.
Referee kien Milos Krstic.
It-tieni diviżjoni
Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Attard Edex Kings kisbu rebħa importanti ta’ 2-1 kontra Birżebbuġa St Peter’s AFC sabiex b’hekk tawhom l-ewwel telfa tal-istaġun. Kien l-aqwa skorer tal-kampjonat, Junior Ohalewe, li poġġa lit-tim min-nofsinhar ta’ Malta minn fuq sabiex fit-tieni taqsima, Ali Oularbi u Dusan Petrovic qalbu l-iskor favur it-tim minn Attard.
Referee kien Alex Grech.
Valletta Stars St Dominic ingħataw walk-over ta’ 2-0 kontra Ħal Far Titans.
It-tielet diviżjoni
Fil-kampjonat tat-tielet diviżjoni, kompla l-istaġun dominanti ta’ Swieqi United AFC li għelbu 6-0 lil Mosta Vikings. David Taiwo Akindele skorja doppjetta filwaqt li Joao Victo Aiezza Calilo, Matheus do Nascimento, Julius Ifeanyi u Murathan Yilmaz żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.
Referee kien Lorry Sammut.
KLASSIFIKA – MAFA L-EWWEL DIVIŻJONI
Għaxaq Wolves 19; Valletta St Paul’s 18; Marsa St Michael’s 13; Balluta Barracudas 9; San Ġiljan Saints 7; San Ġwann Pro Evolution Academy 4; Ta’ Ġiorni Wanderers 4; Mqabba Albions 0.
KLASSIFIKA – MAFA T-TIENI DIVIŻJONI
Valletta Stars St Dominic 16; Senglea Gunners 13; Birżebbuġa St Peter’s AFC, Attard Edex Kings 12; Żebbuġ Youngsters 8; Ħamrun Amateurs 4; Gudja Wanderers 3; Ħal Far Titans 0.
KLASSIFIKA – MAFA T-TIELET DIVIŻJONI
Swieqi United AFC 18; Qajjenza AFC 7; Naxxar Victorians 5; St Paul’s Bay NMFC 4; Mosta Vikings 0.
//= $special ?>