Ħaddiema tal-kumpanija Amazon qed jheddu li jistrajkjaw wara li fallew id-diskussjonijiet dwar il-kuntratt tagħhom tax-xogħol.
Dan l-istrajk jista’ jaffettwa l-faċilità tal-Amazon f’Kalifornja, New York, u anke Illinois.
Il-union li qed titkellem f’isem il-ħaddiema, qalet li l-impjegati tagħha qed jiġu mġiegħla jaħdmu b’rata tant mgħaġġla li qed ikun hemm ammont kbir ta’ inċidenti li qed jipperikolaw is-saħħa tal-istess impjegati.
Fil-fatt, kien hemm żieda fl-inċidenti ta’ 30 fil-mija mis-sena 2023.
L-investigazzjonijiet qed juru li l-kumpanija qed tirrifjuta li ddaħħal ċertu tibdiliet biex tissalvagwardja s-saħħa tal-impjegati tagħha minħabba li dan jaf jaffettwa l-profitti.
Il-kumpanija Amazon li timpjega madwar 800,000 persuna madwar l-Amerika kollha, qed tgħid li dawn ir-rapporti li saru dwar il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, mhumiex korretti.
//= $special ?>