Ħadd ma jrid jgħid dwar liema riforma kien qed jirreferi l-Prim Minsitru
Il-Membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela jinsabu verament skomdi biex iwieġbu dwar l-istqarrija li għamel il-Prim Ministru fuq Facebook fi tmiem il-ġimgħa.
Deskritt bħala pass perikoluż u theddida għad-demokrazija tal-pajjiż minn diversi gazzetti lokali – Abela ħeġġeġ lill-Ministru Jonathan Attard biex iħaffef passejh fuq ir-riforma tal-Inkjesti Maġisterjali…u kulħadd qed joħroġ bl-interpretazzjoni komuni tiegħu. Dik li Robert Abela u sħabu jridu jneħħu d-dritt li ċ-ċittadin komuni jitlob għal ftuħ ta’ Inkjesta Maġisterjali.
Wara li aktar kmieni din il-ġimgħa staqsejna lill-Minsitru Owen Bonnici jekk jafx xi jrid jirriforma l-Prim Ministru….b’Bonnici ma jgħidilna xejn – issa saqsejna lill-Ministru Michael Falzon u lis-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti.
Madanakollu dan tal-aħħar litteralment ħarab bil-mixi wara li qalilna li l-poplu ma jridx jisma bil-politiċi u bil-politika.
Dan filwaqt li Michael Falzon qalilna sempliċiment li meta jasal il-waqt naraw.
Il-fatt jibqa’ li prattikament ħadd ma jaf għalxiex kien qed jirreferi Robert Abela, jew agħar minn hekk, il-Ministri ma jħossuhom komdi xejn iwieġbu għal dak li ġie deskritt mill-gazzetti bħala aġir iddisprat minn Robert Abela.
//= $special ?>