Lokali

Il-Ministru Falzon jibqa’ jiddefendi lil min allegatament hu involut fir-racket tal-benefiċċji

Il-Ministru Michael Falzon għadu qiegħed jiddefendi lil Mark Calleja, magħruf bħala l-Gulija.

Fl-aħħar xhur u ġimgħat il-person of trust fil-Ministeru ta’ Falzon kien implikat f’allegazzjonijiet serji minn persuni involuti direttament fir-racket tal-benefiċċji soċjali – fejn saħansitra kien deskritt bħala wieħed mill-imħuħ wara l-iskandlu li fih saħansitra jinsab akkużat l-eks backbencher Laburista Silvio Grixti.

Mistoqsi jekk il-person of trust imsemmi għadux miegħu….il-Ministru qal li ma joqgħodx fuq l-allegazzjonijiet.

Mistoqsi wkoll dwar il-fatt li fl-aħħar jiem il-Pulizija arrestat raġel b’rabta ma’ dan ir-racket u allegatament sabitu f’bar  waqt li suppost kien qed jaħdem fil-Minsiteru tiegħu….Falzon sostna li jikkundanna kull aġir ħażin.

Iżda meta saritlu d-domanda dwar jekk il-Ministru Clint Camilleri għandux jieħu pass lura bħal ma sar ma’ Clayton Bartolo….Falzon ma weġibx.

U minkejja l-allegazzjoniijiet żvelati mill-gazzetta ‘il-mument’ dwar kickbacks, minkeja l-involviment fl-iskandlu ta’ Amanda Muscat – Clint Camilleri għadu qed jokkupa s-siġġu Ministerjali.