Wara operazzjoni ta’ 75 siegħa ġiet salvata r-riċerkatur li kienet ġarrbet xi ġrieħi f’għar fin-naħa ta’ fuq tal-Italja.
Ottavia Piana ta’ 32 sena ġiet salvata minn dan l-għar l-Erbgħa filgħodu wara operazzjoni delikata li bdiet għall-ħabta ta’ nofsillejl tas-Sibt.
Rapporti indikaw li Piana sofriet minn ksur f’diversi partijiet ta’ ġisimha wara li waqgħet għoli ta’ madwar ħames metri f’għar li jinsab fin-naħa ta’ Bergamo.
Hija kienet l-ewwel persuna li ppruvat tesplora din il-parti tal-għar li tinsab madwar 500 metru taħt l-art.
//= $special ?>