Il-bank HSBC ħabbar li fit-13 ta’ Frar li ġej se ssir Laqgħa Ġenerali Straordinarja.
Dan se jsir sabiex il-bank iġib l-awtorizzazzjoni li jiżvela aktar informazzjoni dwar il-bejgħ tiegħu wara li f’Novembru li għadda diversi entitajiet urew interess fl-akkwist tax-shareholding ta’ 70.03 fil-mija ta’ dan l-istess bank, fosthom il-bank lokali APS.
L-APS huwa t-tieni l-akbar bank f’Malta. L-entitajiet l-oħra interessati ma ġewx imsemmija.
Il-bank APS ikkonferma l-interess tiegħu fl-akkwist ta’ dawn is-shares.
Kemm l-HSBC u kif ukoll l-APS qalu li dawn in-negozjati ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar sentejn. L-ammont offrut għax-xiri ta’ dawn is-70 fil-mija għadu ma ġiex ikkonfermat.
//= $special ?>