Matthew James hu magħruf għal diversi kanzunetti sbieħ, fosthom dawk ta’ ‘Paul’ u ‘Young Again’ li kienu kisbu suċċess kbir lil Red Electrick xi snin ilu, u aktar ‘il hawn fiż-żmien il-kanzunetti ‘Tbissem’ flimkien ma’ Ira Losco fl-għeqel tal-pandemija, u ‘Mhux Xorta’ li Matthew James kien ħareġ sena ilu.
Issa qed iniedi ballad qawwija mimlija tama bl-isem ta’ ‘People’. F’din il-kanzunetta hemm il-kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.
Matthew jistqarr li: “‘People’ titratta dwar li niffukaw fuq ix-xebh li għandna bħala bnedmin, aktar milli d-differenzi tagħna. Naħseb li jekk kulħadd jersaq lejn il-ħajja b’dan il-mod, ikollna inqas gwerer u aktar imħabba fid-dinja tagħna.”
‘People’ hija miktuba u orkestrata minn Matthew bi produzzjoni ta’ Howard Keith (f’Jagged House Studios) flimkien mal-istess Matthew.
‘People’ hija t-tielet single mill-album il-ġdid ta’ Matthew: ‘Ashes to Ashes’, li se jitnieda fil-jiem li ġejjin. Matthew James qed jippreżenta din il-kanzunetta b’vidjow li nġibed fit-Teatru Salesjan, f’Tas-Sliema, taħt id-direzzjoni ta’ Steve Levi Vella.
//= $special ?>